Rimi illegali ta’ skart tar-razzett fid-drenaġġ f’Għawdex

Read in English.

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma reġgħet sabet li individwi “irresponsabbli” kienu qed jarmu l-iskart tar-razzett (ħmieġ tal-annimali) fis-sistema ta-drenaġġ t’Għawdex.

Fi stqarrija qalet li dan qed isir minkejja li l-bdiewa kollha f’Għawdex għandhom aċċess għal faċilità żviluppata mill-ispeċjalisti tal-Korporazzjoni, xjenzati u inġiniera  li permezz tagħha, id-demel likwidu huwa pproċessat b’mod li jirrispetta l-ambjent. Qalet li din is-sistema, li tiswa mijiet ta’ eluf ta’ Ewro qed tirrizulta f’ibħra aktar nodfa għall-benefiċċju tal-popolazzjoni ġenerali, b’mod dpeċjali għall-industrija tal-għads.

Il-Korporazzjoni qalet li l-evidenza kollha miġbura ġiet ippreżentata lill-pulizija flimkien ma’ rapport. Qalet li set kun qed tieħu l-iktar azzjoni b’saħħitha possibbli fil-liġi biex tissalvagwardja l-infrastruttura tagħha u l-benessri tal-ħaddiema tagħha u l-ambjent.

Fi Frar li għadda, l-impjant tad-drenaġġ f’Għawdex kien waqqaf il-ħidma tiegħu minħabba rimi illegali ta’ skart tal-irziezet. Kienu ntefqu total ta’ €500,000 sabiex jissewwew il-ħsarat li saru lill-impjant minħabba f’hekk.