Rilokat il-monument ta’ Wistin Camilleri f’Għawdex

Il-monument tal-iskultur u statwarju Kav. Wistin Camilleri ġie rilokat għar-Rabat, Għawdex, wara 10 snin f’Għajnsielem.

Il-monument tal-artist issa tpoġġa qrib Villa Rundle, wara li okkupa l-iskola tal-arti f’Għajnsielem għal 10 snin, dik li llum hija l-MCAST f’Għawdex.

Huwa kien magħruf, fost ix-xogħlijiet ewlenin tiegħu, għat-tmien statwi tal-Ġimgħa l-Kbira li għamel għall-parroċċa taż-Żebbuġ.

Il-monument sar minn iben l-artist, Alfred Camilleri Cauchi.

Mumenti mill-okkazjoni tar-rilokazzjoni tal-monument mafkar f'gieh l-ghaziz missieri Wistin Camilleri, fi Triq…

Posted by Paolo Camilleri Cauchi on Saturday, March 23, 2019

Appell biex isir monument tal-bronż

Intant, l-eks Ministru għal Għawdex Anton Refalo, qal li huwa tal-mistħija li fir-Rabat jitqiegħdu monumenti tal-fiber. Huwa appella sabiex il-monument tal-artist Għawdxi jsir tal-bronż.

B’dispjacir ninnota li issa f’Ghawdex fil-Belt Victoria bdejna inwahhlu monumenti tal-fiber. Din ghalija gharukaza u…

Posted by Anton Refalo on Sunday, March 24, 2019