Rilaxxati katavri tal-immigranti li daħlu Malta mejta

Ġew rilaxxati 21 katavru mid-29 immigrant li l-Ħadd li għadda waslu Malta mejta abbord dgħajsa.
Stqarrija mill-Ministeru għall-Intern u s-Segretarjat Parlamentari għas-Saħħa spjegat li l-proċess kien twil għaliex kien jeħtieġ li ssir l-awtopsja u testijiet oħra fuq kull kadavru.
Ħafna minnhom kienu fi stat avvanzat ta' dekompożizzjoni.
Il-kadavri ġew rilaxxati wara li saritilhom l-awtopsja, it-testijiet tossikoloġiċi kif ukoll testijiet tad-DNA.
Saret ukoll konsultazzjoni mal-Awtoritajiet Taljani.
L-istqarrija ssostni li l-kumplament tal-kadavri se jiġu rilaxxati meta jitlesta l-proċess kollu.
Id-dfin tat-28 katavru se jsir fiċ-ċimiterju tal-Addolorata filwaqt li katavru ieħor se jkun qiegħed jindifen fiċ-ċimiterju tat-Torok fil-Marsa.