Rilaxxat mill-isptar tabib li kien marid bl-ebola

Tkompli l-ġlied kontra l-virus qerried tal-Ebola u jibdew jaslu l-ewwel riżultati nkoraġġanti.
Kent Brantly, it-tabib mill-Istati Uniti li kien infettat bil-virus tal-Ebola fl-Afrika, ġie rilaxxat mill-isptar fejn kien qed jingħata l-kura.
Brantly kien rikoverat fi sptar f’Atlanta iżda f’konferenza tal-aħbarijiet, it-tobba qalu li l-kura li kien qed jingħata ħalliet r-riżultati mixtieqa u se jkun possibbli li jerġa’ jingħaqad mal-familja tiegħu.