Rilaxxat il-katavru ta’ Daphne; funeral il-ġimgħa d-dieħla

Il-katavru tal-ġurnalista assassinata, Daphne Caruana Galizia, se jiġi rilaxxat hekk kif l-investigazzjonijiet tal-awtopsja ġew konklużi.
Sorsi kkonfermaw ukoll ma’ Newsbook.com.mt li l-funeral se jsir tard il-ġimgħa d-dieħla.
Il-ġurnalista nqatlet fis-16 ta’ Ottubru li għadda, ftit ’il bogħod minn darha, b’bomba fil-karozza li kienet qed issuq.