
Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ħabbar li qed jipposponi kull tama li kellu l-Gvern Ingliż biex jirrilaxxa r-restrizzjonijiet tal-coronavirus b’tal-inqas 15-il ġurnata.
Fost il-postijiet li jridu jistennew sal-15 t’Awwissu biex jerġu jiftħu l-bibien tagħhom hemm it-teatri u postijiet ta’ divertiment. L-avvenimenti sportivi jridu jistennu wkoll biex jerġgħu jibdew isiru.
Il-maskri għadhom obbligatorji ġewwa f’postijiet pubbliċi.
Skont figuri ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Istatistika Ingliż, ir-rata tal-infezzjonijiet se tiżdied fl-Ingilterra b’madwar 4,200 infezzjoni kuljum mqabbla mat-3,200 tal-ġimgħa li għaddiet.