Rikonoxxuti għall-ħidma kontra l-vizzji

Għadd ta’ premijiet ġew mogħtija lill-parteċipanti tal-programm S.A.F.E., Substance Abuse Free Employee. Dan il-programm hu mogħti mill-Aġenzija Sedqa, fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi għall-Ħarsien Soċjali (FSWS). 
Permezz ta’ dan il-programm, mijiet ta’ persuni evitaw li jaqgħu f’xi vizzju.
Preżenti għal din l-attività kien hemm il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon. Falzon feraħ lill dawk kollha li ħadmu biex jagħmlu din l-inizjattiva waħda ta’ suċċess u tkellem dwar ix-xewqa tal-Aġenzija Sedqa li din l-inizzjattiva tiġi adottata fuq livell governattiv.
Falzon saħaq li dan il-programm, li huwa investiment fil-ħaddiem, huwa wkoll investiment fl-intrapriża u l-entità pubblika. Dan għaliex permezz ta’ din il-prevenzjoni, tonqos il-probabbilità li wieħed jaqà f’xi vizzju.
L-għan tal-programm S.A.F.E. huwa li jkabbar l-għarfien dwar l-abbuż ta’ sustanzi fil-post tax-xogħol.
Ritratt: DOI – Kevin Ablea