Rikonoxximent lill-isportivi Għawdxin

Ir-rebbieħa tal-akbar unuri waqt il-Gozo Sports Awards kienu Felicienne Mercieca u Charlton Debono. Għal Mercieca din kienet it-tieni darba tagħha li rebħet dan l-unur filwaqt li Debono rebħu erba’ darbiet.

Kien hemm b’kollox 46 atleta minn 13-il dixxiplina differenti li ġew innominati għall-Gozo Sports Awards. Din is-serata kienet organizzata mill-Gozo Sports Board fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. F’diskors tal-okkażjoni, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana, barra li ferħet lir-rebbieħa u lin-nominati kollha, saħqet dwar l-importanza ta’ Għawdex sportiv u kemm hu importanti li min jagħmel impatt f’xi dixxiplina jiġi apprezzat.