​Rikonoxximent għall-leaders li taw 500 sena servizz fl-iscouts

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iscouts organizzat is-serata annwali li matulha jingħata rikonoxximent lil diversi persuni li jagħtu l-kontribut tagħhom fid-dinja tal-iscouts.
Bejniethom dawk li ngħataw dan ir-rikonoxximent, ilhom ‘il fuq minn 500 sena involuti fl-iscouting.
Iċ-Chief Scout George Cassar kellu kliem ta’ tifħir għal dawn l-adulti li jagħtu ħafna mill-ħin tagħhom b’mod volontarju għall-ġid tal-iscouts.
Fl-istess ħin awguralhom ħafna aktar snin ta’ servizz fi ħdan l-Assoċjazzjoni.
Ritratt: Dominic Cachia