Rikba fuq poni waqt festa f’Għawdex

In-nies se tkun tista’ tgawdi l-kampanja Għawdxija filwaqt li tiddeverti u tiekol tajjeb.
Dan hekk kif għal sena oħra, se tiġi organizzata l-attività annwali ‘Fiera Festa tal-Għadira’ fl-inħawi tal-Għadira Ta’ Sarraflu, limiti Ta’ Kerċem f’Għawdex.
Din l-attività saret appuntament annwali għall-familja kollha hekk kif din is-sena se tiċċelebra t-33 edizzjoni.
Waqt din l-attività se jkun hemm għadd ta’ attrazzjonijiet, fosthom, logħob u rigali, zona għat-tfal, rikba fuq poni, passiġġata fuq l-irdumijiet fuq ir-riħ tal-bajjiet tax-Xlendi u d-Dwejra, kif ukoll ikel, xorb u ħelu varjat.
Din l-attività se ssir il-Ħadd 23 ta’ April minn 12pm ‘il quddiem.
Għal iktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq 2155 1355.