​Rihanna u l-interess kbir tagħha fil-futbol

Wara li Rihanna dehret bil-flokk tat-tim nazzjonali Ġermaniż fil-finali tat-Tazza tad-Dinja li għaddiet, il-kantanta ta’ suċċess qed tkompli turi aktar interess fil-futbol.
Skont il-ġurnal Daily Star, Rihanna tixtieq toħloq akkademja tal-futbol f’art twelidha fil-Barbados u li ssir propjetarja ta’ tim Ingliż.
Intqal ukoll li qed tieħu il-parriri meħtieġa mingħand il-ħabib kbir tagħha u plejer tal-futbol Didier Drogba.
Rihanna ftit taż-żmien ilu kienet stqarret li tissaportja lit-tim Ingliż ta’ Liverpool u li kienet qed tikkunsidra li tieħu taħt it-tmexxija tagħħa klabb tal-futbol f’Los Angeles.
Ta’ min jgħid ukoll li Rihanna mhijiex l-unika kantanta popolari li wriet interess biex tieħu f’idejha klabb tal-futbol Ingliż.
Snoop Dogg kien qed jaħsibha li jinvesti fil-klabb Skoċċiż ta’ Glasgow Celtic.
Fl-2010, P. Diddy kien se jixtri l-klabb ta’ Crystal Palace għas-sempliċi raġuni li għoġbu l-isem tat-tim.
Jay Z ukoll kien interessat li jixrtri oqsma mill-klabb ta’ Arsenal.
Tgħid ix-xewqat ta’ Rihanna jiġu fis-seħħ?