Rihana & Katryna jirbħu l-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior 2020

Id-duo Rihanna & Katryna huma r-rebbieħa tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior li twasslet f’xandira diretta fuq Net TV. Huma interpretaw Tfixkluniex Tħawduniex ta’ Emil Calleja Bayliss u Kaya Priscilla Psaila.

Here is a snippet of us singing our song ❤️❤️Singer Stage Kaya Priscilla Giordano Psaila Emil Calleja Bayliss

Posted by Katryna & Rihana on Wednesday, August 12, 2020

Matul is-serata ġew ippremjati wkoll kanzunetti oħra f’kategoriji differenti.

Rihanna Marie Caruana rebħet il-vot tal-pubbliku bil-kanzunetta Nixtieq ta’ Rita Pace u Marco Debono.

Kategorija kantanti sa 11-il sena

Fl-ewwel post Eve Tabone bil-kanzunetta Stennew Ftit ta’ Emil Calleja Bayliss u Mark Spiteri Lucas.

Fit-tieni post Kayleen Mercieca bil-kanzunetta Żarbuna Waħda ta’ Rita Pace u Marco Debono.

Fit-tielet post Marija Djinovic bil-kanzunetta M’hemmx Kliem ta’ Emil Calleja Bayliss u Mark Spiteri Lucas.

Kategorija kantanti sa 15-il sena

Fl-ewwel post Rihana & Katryna bil-kanzunetta Tfixkluniex Tħawduniex ta’ Emil Calleja Bayliss u Kaya Priscilla Psaila.

Fit-tieni post Rihanna Marie Caruana bil-kanzunetta Nixtieq ta’ Rita Pace u Marco Debono.

Fit-tielet post Luana Schembri bil-kanzunetta Għażiż Pittur ta’ Rita Pace u Mark Spiteri Lucas.

Ġurija

Il-ġurija kienet komposta minn sitt persuni mill-qasam tat-televiżjoni, mużika u edukattiv. Dawn kienu George Mifsud, Clifford Borg, Carlos Farrugia, Mark Laurence Zammit, Lyndsay Pace u Daniel Vella.

Is-serata kienet ippreżentata minn Mark Azzopardi u Emma Cutajar filwaqt li Robert Cutajar kien iċ-chairman ta’ dan il-konkors.

Għada s-Sibt 19 ta’ Settembru se jixxandar il-finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza bi preżentazzjoni ta’ Charles Saliba u Marbeck Spiteri.