Riħa qawwija ta’ fuel f’Birkirkara

Membri tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fi Triq il-Wied Birkirkara wara rapporti li qed tinxtamm riħa qawwija ta’ fuel.
Bħalissa l-membri qed jaraw jekk kienx hemm inxterridx fuel xi mkien.
Sorsi infurmati qalu ma’ Newsbook.com.mt li hemm xi persuni li qed ibattlu l-fuel fid-dranaġġ.
Każ simili kien seħħ fl-istess triq is-sena l-oħra, iżda ma kien instab xejn ħlief riħa qawwija fit-tappieri.
Ritratti: Arkivji