Riħ u xita qawwija jħallu ħerba fin-naħa t’isfel tal-Italja

Fir-reġjun tal-Kalabrija, fin-naħa t’isfel tal-Italja, il-maltemp ħalla ħsarat enormi.
Fi 48 siegħa niżlet 600 millimetru ta’ xita u riħ ta’ 80 kilometru fis-siegħa.
Fost il-ħsarat hemm triq li nkinset kompletament mill-ilmijiet, u linji tal-ferrovija li wkoll tkaxkru mal-kurrenti.
F’partijiet minnhom, spiċċaw sospiżi fl-arja.
Il-maltemp ħalla wkoll mill-inqas vittma – raġel li nġibed bil-karozza b’kollox mill-ilmijiet. Miegħu kellu lil bintu ta’ 17-il sena li madankollu nħelset minn xi wħud li nzertaw għaddejjin fil-qrib.