Riħ Isfel ta’ Pierre J. Mejlak mil-lum fuq it-TV

Ritratt: Robert Camilleri (Foto Classic)

Matul dan is-sajf l-istazzjonijiet lokali qed ikomplu juru bosta sensiliet li fl-imgħoddi għamlu suċċess. Villa Sunset, Shelly Rayner, Amen u Pupi huma fost dawk li ġew mxandra mill-ġdid fuq it-tlett stazzjonijiet ewlenin u llum jidher li se terġa’ tibda tixxandar Riħ Isfel li hija bbażata fuq ir-ruman li jġib l-istess isem ta’ Pierre J. Mejlak. Dan ix-xogħol kellu d-direzzjoni ta’ Charles Stroud, bi produzzjoni ta’ 26th Frame.

Dan se jixxandar fuq l-Istazzjon Net fis-1 ta’ wara nofsinhar. Il-ġuntati li jsegwu se jkunu qed jixxandru mbgħad kuljum matul il-ġimgħa, dejjem fl-istess ħin.

L-istorja teħodna f’raħal żgħir f’Malta fil-jiem sħan tas-sajf. Dan hu raħal kwiet, fejn qatt ma jiġri xejn u fejn kollox hu prevedibbli. Għalhekk, meta tifel ta’ 11-il sena joħroġ mid-dar u ma jerġax jidħol, ir-raħal jinbidel mil-lejl għan-nhar.

Ritratt: Robert Camilleri (Foto Classic)

Kollox jieħu żvolta meta l-pulizija tarresta persuna biex tgħinha fl-istħarriġ u jibdew jiżviluppaw sitwazzjonijiet li juru li t-tifel seta’ tabilħaqq inħataf. Jekk inħataf hemm persuni oħrajn involuti

It-teleserje nġibed f’bosta lokalitajiet f’Malta, fosthom fis-Siġġiewi. Il-kast, ta’ iżjed minn 100 attur, fosthom għadd ġmielu ta’ żgħażagħ.

Ir-rumanz ġie adattat għat-televiżjoni mill-kittieb tar-rumanz innifsu.

Il-ktieb Riħ Isfel kien rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u ġie ppreżentat fil-Fiera tal-Kotba ta’ Londra. Siltiet minnu ġew tradotti b’għadd ta’ lingwi u nqraw f’għadd ta’ festivals madwar l-Ewropa.