Riġenerazzjoni għall-pixxina nazzjonali f’Tal-Qroqq

Ġie ffirmat ftehim bejn il-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) u l-Assoċjazzjoni tal-Isports Akwatiċi (ASA) li fost l-oħrajn jinkludi fih klawsoli dwar l-użu garantit tal-pixxina nazzjonali.
Ingħata wkoll rendikont tax-xogħol ta’ manutenzjoni li jinsab għaddej fil-pixxina fejn saru testijiet fuq il-binja tal-kumpless, se jinbidlu l-hand railings, l-istarting blocks u se jinbidlu wkoll l-aperturi.
Se jsir uzu ta’ dawl li jkun aktar sostenibbli. Inġiebu fondi mill-Unjoni Ewropea biex il-pixxina jkollha żewġ pompi tas-sħana għall-paxxina u għad-dive pool, sistema ta’ arja kkundizzjonata, solar collectors u pool covers.
Ftit tal-jiem ilu kien iffirmat ukoll kuntratt mal-klabb ta’ Neptunes li fost il-klawsoli jgħid li ċerti sessjonijiet isiru fil-pixxina tagħhom biex jonqos il-piż fuq il-pixxina nazzjonali.
Matul il-konferenza saret referenza għall-kontribut li l-għawm jikkontribwixxi fit-turiżmu sportiv u li mira oħra tal-Gvern hija li jkun hawn pixxina msaqqfa.

Ritratt: DOI – Reuben Piscopo