Rigal tal-Milied: agħti t-terapija b’xejn

Il-Fondazzjoni Richmond qed tniedi l-kampanja “It-Terapija bħala Rigal”.

Fi stqarrija, spjegat li mhux kull min għandu bżonn terapija għandu l-mezzi biex iħallas għaliha. B’hekk, persuna tista’ tgħin billi tipprovdi terapija b’xejn lil dawk li għandhom bżonnha. Dan billi tixtri voucher ta’ Terapija bħala Rigal, li jiswa €50. Il-voucher jista’ jinxtara fuq is-sit, jew permezz ta’ bank transfer billi tagħfas hawn.

“13% tal-Maltin ma jafux ifittxu dwar is-saħħa mentali”

It-terapija tgħin lill-persuni jiżviluppaw. B’hekk, ikunu jistgħu jaffaċċjaw id-diffikultajiet li jkunu għaddejjin minnhom b’mod aħjar. It-terapija tgħin ukoll lil dawk il-persuni li għandhom problemi ta’ saħħa mentali fit-tul jiżviluppaw ħiliet aħjar.

“Is-suwiċidju huwa t-tmiem ta’ kwalunkwe soluzzjoni”

Il-Fondazzjoni bħalissa tipprovdi madwar 3,600 sessjoni ta’ terapija fis-sena. It-terapija hija pprovduta mill-professjonisti u l-ispiża biex jingħata dan is-servizz titla’ għal eluf ta’ Ewro kull sena.

Il-Gvern bi ħsieb li jniedi ambulanza tas-saħħa mentali sal-2030