“Rigal kbir minn Alla” – Daniel

Ritratt: Facebook/DanielChircop

Awguri lill-attur u preżentatur Daniel Chircop u martu Fiorella hekk kif illum saru ġenituri ta’ tifla li se jsemmu Cara.

Kien Daniel stess li permezz tal-paġna tiegħu fuq Facebook ħabbar li proprju llum it-Tnejn 6 ta’ April twieldet iċ-ċkejkna Cara.

“Nirringrazja lill-mara tiegħi tas-sagrifiċju kbir li għamlet. Issagrifikat ġisimha u dak kollu li tħobb biex ikollna lil din il-pupa biex tiżdid mal-familja tagħna. Grazzi Fiorella inħobbok ħafna,” kiteb Daniel li huwa nofs id-duo ta’ Dan u San, waqt li żied li jinsab ħerqan li jlaqqa’ lil din iċ-ċkejkna ma’ ħutha Chad u Max.

“Ħerqan biex inkun il-papà tiegħek f’din id-dinja imgerfxa imma sabiħa,” kompla jikteb hu waqt li temm il-messaġġ tiegħu billi rringrazzja lil dawk kollha f’Mater Dei li ħadu ħsiebhom.

Awguri Daniel u Fiorella.