​Riforma fl-UE għanda żżid il-flessibiltà għall-pajjiżi kollha

Malta taqbel li għandu jkun hemm riforma tal-Unjoni Ewropea iżda din għandha tkun imsejsa fuq il-prinċipji bażiċi li Malta għażlet meta ssieħbet fl-UE u l-flessibiltà u l-benefiċċji għandhom ikunu għal kulħadd.
Hekk qal il-Prim Ministru Joseph Muscat huwa u jindirizza lill-Parlament fl-okkażjoni taż-żjara tal-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk u l-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz
Huwa kien qed jirreferi għall-ħabar tal-ġurnata li l-Prim Ministru Ingliż bagħat ittra lil Tusk fejn spjega t-talbiet tar-renju Unit biex din tibqa’ fl-UE.
Il-Prim Ministru qal li huwa jinsab ċert li kellu l-appoġġ tal-Parlament dwar il-linji li kien qiegħed itenni. Huwa qal li ma għandux dubju li l-UE teħtieġ riforma iżda din għandha tkun waħda imsejsa fuq il-libertajiet taċ-ċaqliet ta’ persuni, prodotti u servizzi madwar l-UE. Huwa qal li jinsab miftuħ għal diskussjoni fuq kif dawn il-prinċipji jistgħu jiġu implimentati iżda mhux fuq il-prinjċipji nfushom.
Huwa semma fost l-oħrajn il-ħtieġa ta’ riforma fuq l-hekk imsejjaħ Trattat ta’ Dublin dwar l-immigrazzjoni. Saħaq ukoll li kompetenzi nazzjonali eżistenti fosthom dwar l-oqsma fiskali u ta’ tassazzjoni ma għandhomx jintmissu.
Huwa saħaq li r-riforma għandha tkun flessibbli iżda prattika u waħda li minnha jgawdu l-Istati Membri kollha.