Riforma ġudizzjarja Pollakka kisret il-liġi tal-UE; Repubblika tfaħħar id-deċiżjoni storika

Nhar it-Tnejn il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja saħqet li l-Gvern Pollakk kiser il-liġi tal-Unjoni Ewropea meta baxxa l-età tal-irtirar għall-Imħallfin tal-Qorti Suprema, fejn tappan l-indipendenza tagħhom.

Hu mistenni li din is-sentenza jkollha ramifikazzjonijiet fuq is-sistema ġudizzjarja ta’ Malta.
Il-Kummissjoni Ewropea feħtet każ kontra l-Polonja quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja wara li l-Gvern Pollakk iddeċieda li jbaxxi l-età tal-irtirar u japplika dik l-età tal-irtirar il-ġdida għal imħallfin eletti fil-Qorti Superjuri sat-3 ta’ April 2018. Il-Gvern ta ukoll lill-President tar-Repubblika Pollakka id-diskrezjoni jestendi s-servizz ġudizzjarju attiv tal-imħallfin tal-Qorti Suprema.

Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja iddikkjarat li l-applikazzjoni tal-“miżura li titnaqqas l-età tal-irtirar tal-imħallfin tal-Qorti Suprema għal imħallfin f’pożizzjoni f’qorti mhix iġġustifikata b’għan leġittimu u jimmina l-prinċipju tal-irremovabilità tal-imħallfin, liema prinċipju huwa essenzjali għall-indipendenza tagħhom.”

L-għaqda mhux governattiva li taħdem favur l-istat tad-dritt Repubblika fi stqarrija iddiskrivew din id-deċiżjoni bħala “deċiżjoni storika fuq l-indipendenza mistenna mill-ġudikatura fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.”

L-NGO kienet issotomettiet każ simili f’Malta f’April, meta talbet lill-qorti tirreferi l-kwistjoni għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-UE. Il-każ kien ġie ssottomess jum wara li l-Prim Ministru Joseph Muscat appunta sitt membri ġodda fil-Qorti, minkejja l-opinjoni ppubblikatta mill-Kummissjoni Venezja.

L-imħallef Mark Chetcuti kien diġà saħaq li d-deċiżjoni fil-Kummissjoni vs. Il-Polonja se tmexxi lill-Qrati Maltin fuq din il-kwistjoni.

Repubblika sostniet li d-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja għandha wkoll tmexxi l-Gvern Malti fuq l-indipendenza tas-sistema ġudizzjarja, u qalet li l-Gvern m’għandux ikompli jinjora it-trattat tal-Unjoni Ewropea.

L-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil iddiskriva din id-deċiżjoni bħala waħda “storika” li se tifforma l-futur tal-ġudikatura f’Malta wkoll. Saħaq li Malta jistħoqqilha ġudikatura indipendenti wkoll.

“F’Malta ma saret ebda liġi ta’ dan it-tip”

Il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali sostna li f’Malta ma saret ebda liġi ta’ dan it-tip, anzi, il-liġi li saret kienet waħda li vvota favuriha anke Simon Busuttil.

Saħaq li bil-liġi li saret f’Malta fejn tidħol ġudikatura inħoloq organu indipendenti biex jagħti parir lill-Gvern dwar ħatriet tal-ġudikatura. Qal li dan sar biex jissaħħew liġijiet li kienu ilhom is-snin fil-liġi dwar kif jinħatru l-membri tal-ġudikatura.