Riesqa maltempata oħra?

Manuel Bugeja - Malta Weather Page

An isolated thunderstorm drifting past the Maltese Islands! ⚡

Posted by Maltese Islands Weather on Monday, October 1, 2018

Filmat: Gozo Weather Page

Qed iberraq! U dlonk kulħadd jerġa’ jiftakar fil-ħerba li għamlet l-aħħar maltempata l-ġimgħa li għaddiet.

Skont il-paġna indipendenti tat-tbassir tat-temp, Gozo Weather Page, xi ħalbiet tax-xita iżolati se jolqtu l-Gżejjer Maltin minn ħin għall-ieħor.

Ibassar ukoll li ċ-ċans ta’ xita se jkun l-ogħla bejn is-7am u l-4pm ta’ għada t-Tlieta, bir-riskju jkun l-ogħla lejn kmieni waranofsinhar.

“Matul dan il-ħin, għandna nistennew minn tal-inqas maltempata waħda bir-ragħad. Din tkun qawwija, bir-riħ u anke possibilment bis-silġ kultant”, tkompli l-previżjoni.

Il-paġna sserraħ ras il-pubbliku li l-kundizzjoni fuq il-Gżejjer Maltin fortunatament mhux se jiffavorixxu l-formazzjoni ta’ maltemp sever ħafna.

Trid tkun taf x’temp se jkollna fil-jiem li ġejjin? Agħfas hawn.

Għandek ritratti tal-maltemp? Ibagħtilna fuq info@newsbook.com.mt