Rieġgħa ġejja x-xita?

Minkejja l-kesħa fina, uħud ħadu r-ruħ bit-temp tal-lum. Imma kemm fadlilna hekk?
Skont is-sit First Malta, issa jmiss jumejn b’nuqqas ta’ xita:

  • Għada l-Ġimgħa se tkun ġurnata sabiħa, bix-xemx tiżreġ u sħab mill-inqas.
  • Is-Sibt bla xita imma t-temp jissaħħab ftit.

Imma mbagħad  min-nhar il-Ħadd se jkompli t-temp xitwi: terġa’ tibda tqattar ix-xita, li sfortunatament se tkun imħallta b’ramel fin tad-deżert.
Għalkemm mhux mistennija ammonti ta’ xita, il-ġranet se jkunu kkaratterizzati minn xita ħafifa, kontinwa u iżolata. Dan jgħodd l-iktar għall-Ħadd matul il-ġurnata kollha, it-Tnejn filgħodu kmieni u l-Erbgħa li ġej.