Rieġa ġejja s-sħana?

Wara li fil-ġranet li għaddew il-Gżejjer Maltin inħakmu minn ammont ta’ xita u riħ, jidher li s-sitwazzjoni tat-temp inqalbet dan il-weekend.

Imma t-temperaturi? Qed jerġgħu jiżdiedu?

Din il-ġimgħa t-temperatura qatt ma qabżet l-24 grad Celsius, ħlief ilbieraħ is-Sibt u llum il-Ħadd fejn mistennija tilħaq is-27 grad.

X’inhu mbassar għall-10 ijiem li ġejjin?

Skont is-sit indipendenti tat-tbassir tat-temp FirstMalta:

It-Tnejn

L-ogħla temperatura:  27

Ċans ta’ maltempata bir-ragħad tard bil-lejl

Ċans ta’ xita: 60%

 

It-Tlieta

L-ogħla temperatura:  25

Ċans ta’ maltempata bir-ragħad filgħodu u waranofsinhar

Ċans ta’ xita: 100%

 

L-Erbgħa

L-ogħla temperatura:  25

Ċans ta’ maltempata bir-ragħad tard bil-lejl

Ċans ta’ xita: 100%

Il-Ħamis

L-ogħla temperatura:  25

Xemxi mal-jum; ċans ta’ maltempata bir-ragħad filgħaxija

Ċans ta’ xita: 80%

 

Il-Ġimgħa

L-ogħla temperatura:  25

Ċans ta’ maltempata bir-ragħad

Ċans ta’ xita: 60%

 

Is-Sibt

L-ogħla temperatura:  26

Xemxi; sema ċar.

Ċans ta’ xita: xejn

 

Il-Ħadd

L-ogħla temperatura:  26

Xemxi

Ċans ta’ xita: xejn

 

It-Tnejn

L-ogħla temperatura:  25

Xemxi mal-jum; ċans ta’ maltempata bir-ragħad filgħaxija

Ċans ta’ xita: 60%

 

It-Tlieta

L-ogħla temperatura:  25

Xemxi mal-jum; ċans ta’ maltempata bir-ragħad filgħaxija

Ċans ta’ xita: 80%

Is-sit ifakkar biex wieħed joqgħod attent għall-istruzzjonijiet tal-lifeguards meta jmur jgħum jew qrib il-kosta.