Riefnu, silġ, baħar qawwi u ħsarat

Ir-riħ b’qawwa ta’ riefnu li kultant qed jilħaq Forza 11 wassal biex il-vapuri tal-Gozo Channel ikomplu joffru l-vjaġġi billi jduru ma’ Kemuna. Dan ifisser li l-passiġġieri qed jesperjenzaw dewmien u l-vjaġġi mhux qed isiru skont l-iskeda. Il-vjaġġi mhumiex mill-iktar komdi kif jixhed il-filmat.

Kienu rappurtati wkoll numru ta’ ħsarat f’diversi lokalitajiet, riżultat tar-riħ qawwi.

Għall-ħabta tal-10am, għamlet ukoll maltempata tas-silġ f’numru ta’ inħawi kif jidher fit-tieni filmat. Ir-riħ mistenni jkompli jitqawwa matul il-jum sakemm minn għada s-Sibt jibda jnaqqas il-qawwa tiegħu. Matul il-ħamest ijiem li ġejjin it-temp mistenni jkun imsaħħab.

Filmat tal-maltempata bis-silġ: Rene Rossignaud