Riefnu jaħkem lil Malta; “tħallux vetturi viċin ix-xtut”

Filwaqt li riefnu ħakem lill-Gżejjer Maltin, il-paġna ta’ Facebook It-Temp Madwarna qed twissi sabiex ħadd ma jħalli l-vetturi tiegħu taħt siġar kbar jew viċin ix-xtut fejn jaqbel ir-riħ. Spjegat li l-mewġ mistenni jilħaq is-sitt metri fejn l-aktar li jkun jaqbel.

Skont il-paġna, din it-twissija daħlet fis-seħħ mil-lum minħabba l-buffuri tar-riħ b’qawwa ta’ riefnu, forza tmienja. It-twissija se tibqa’ fis-seħħ sa għada f’nofsinhar. Jidher ukoll li r-riħ mistenni jitqawwa iktar matul il-lejl li ġej.

Minkejja dan, l-istess paġna spjegat li l-Gżejjer Maltin għandhom jistennew temp bnazzi sal-Milied, bi ftit riħ moderat xi kultant. It-temperatura mistennija tkun waħda medja jew ftit ogħla għal Diċembru.

"SAL-MILIED LA BARD U LANQAS KSIEĦ" …(U LANQAS XITA)Mill-mappa tat-temp għal tmiem il-ġimgħa li ġejja, ninnutaw…

Posted by It-Temp Madwarna on Monday, December 17, 2018