Riedu jraqqduh; Tinstablu dar

Read in English.

Il-kelb li lbieraħ ittieħed għand il-veterinarju biex jitraqqad sab dar li lesta tilqgħu u tħobbu.

Fuq il-midja soċjali, is-sid il-ġdid ta’ dan il-kelb tellgħet ritratt tal-kelb mitfugħ fuq is-sufan. Is-sid il-ġdid ta’ dan il-kelb irringrazzjat lil dawk kollha li ġibdulha l-attenzjoni li dan il-kelb kellu bżonn dar ġdida. Hija rringrazzjat ukoll lil Pets & Vets Clinic talli rrifjutaw li jraqqdu l-kelb  meta għadu f’saħħtu.

Il-kelb li għandu 15-il sena u huwa tar-razza Whippet ttieħed f’din il-klinika minn sidu biex jitraqqad minħabba li din il-persuna se tħalli l-gżejjer Maltin.