Riedet issir rock star

Ritratt: Uffiċju stampa RAI

Olivia għandha 27 sena u tinsab għaddejja minn kriżi f’ħajjitha u wara li ta’ 16-il sena ħarġet tqila u spiċċat beix trabbi weħidha liż-żewġt uliedha tewmin, immaturat minn lejn għan-nhar.

Iżda incident kważi fatali jġegħla tirrifletti fuq ħajjitha u tibda tirrealizza li ħajja waħda għandna u li għandha tagħmel dak kollu li tista’ biex titgħallem tgħix mill-ġdid.

Ritratt: Uffiċju stampa RAI

Kif se taffronta l-iżbalji tal-imgħoddi? Kif se tkun ċerta li hija persuna differenti?

U min hu dan Francesco, li f’daqqa waħda jitfaċċa f’ħajjitha?

Din hija l-bażi tal-istorja ta’ Volevo Fare La Rock Star li l-istazzjon Rai Due se jkun qed ixandar mil-lejla mid-9.20pm ‘il quddiem.

Ritratt: Uffiċju stampa RAI

Jieħdu sehem Giuseppe Battiston, Valentina Bellè, Angela Finocchiaro u Emanuela Grimalda.