Ried biss iħares lejn il-linji tal-ferrovija

Persuni li kienu qed jistennew il-ferrovija fl-istazzjon ta’ Trowbridge, fl-Ingilterra, raw tifel b’rasu mdendla mix-xifer li jagħti għal fuq il-linji tal-ferrovija.

Ir-ritratt ta’ dan il-mument dar fuq il-midja soċjali u xxerred fuq il-midja għal aktar minn 2,500 darba.

Wieħed mill-persuni li nzertaw fuq il-post iddeskriva x-xena bħala waħda li ma titwemminx. Meta dan tkellem mal-persuna li kienet qed tieħu ħsieb lit-tifel, hu qallu li t-tifel ried biss iħares lejn il-linji u li l-ferrovija kien għad fadlilha biex tasal.

Min kien qed jieħu ħsieb it-tifel deher li ma nkwieta xejn dwar dak li kien qed jagħmel, lanqas meta n-nies ta’ madwaru ppruvaw iwissuh f’liema periklu kien it-tifel.