“Ridt tarbija tiegħi u ta’ Mr X”

Żewġi ried jarani kuntenta u dejjem appoġġjani fit-trattament. Imma meta bdejt it-trattament ta' sperm donation bdejt inħoss dwejjaq u stajt inħoss li żewġi kien ukoll imweġġa' għax ma kienx tassew involut fil-proċess avolja kien jiġi miegħi. Ridt tarbija tiegħi u ta' Mr X.
Il-ġinekologu kien qal li għażlilna sperm donor tajjeb, b'saħħtu u karatteristiċi tajbin għax konna rrifjutajna li nużaw sperma minn xi ħadd tal-familja tar-raġel. Imma mar-raba' attentat bdejt inħossni qisni oġġett.
Flimkien mar-raġel, iddeċidejna li nwaqqfu t-trattament u naddottaw. Illum it-tarbija kibret u tassew nistgħu ngħidu li t-tarbija hi tagħna t-tnejn, mhux tiegħi u ta' Mr X. Meta għadda ż-żmien sirt naf ukoll kemm hawn persuni li jitnisslu minn donatur li jbatu psikoloġikament minħabba dan it-tip ta' tnissil. Ħassejt li kelli nitlob maħfra lil Alla".
Ara l-istorja kollha ta' Nadia, ta' Marco Cremona u ta' Anita Zerafa fuq Universe of Faith