Richmond Foundation u Be Positive Bipolar Self-help Group jaħdmu id f’id

Il-Fondazzjoni Richmond u l-grupp Be Positive Bipolar Self-help issa qed jaħdmu aktar id f’id. Dan ġie mħabbar fi stqarrija mill-Fondazzjoni stess li spjegat li issa ġie ffirmat ftehim ta’ affiljazzjoni bejn iċ-Chairman tar-Richmond Anthony Guillaumier u l-fundatur tal-grupp Albert McCarthy.

Il-grupp Be Positive Bipolar Self-help beda lura fit-30 ta’ Marzu tal-2015 fuq inizjattiva ta’ McCarthy u martu Lina, sabiex joffru gwida u sapport lil persuni li qed jesperjenzaw din il-kundizzjoni ta’ saħħa mentali, kif ukoll il-persuni li qed jieħdu ħsiebhom.

Issa l-grupp se jkun qed jopera taħt Richmond Foundation, minkejja li se jżomm l-istess awtonomija. Skont l-istqarrija, dan il-ftehim se jwassal għal aċċess akbar ta’ esperjenza, taħriġ, riżorsi u faċilitajiet amministrattivi.

Il-laqgħa li jmiss ta’ Be Positive Bipolar Self-help Malta se ssir fil-Kappella Russa, Palazz ta’ San Anton f’Ħal-Balzan nhar il-Ħamis, fis-6.30pm.