Richard Strauss for Two Pianos fit-Teatru Manoel

Huwa s-sebgħin anniversarju mill-mewt tiegħu.

Read in English.

Fis-26 ta’ Ottubru it-Teatru Manoel se jtella’ Strauss for Two Pianos, lejla msaħħra ta’ mużika li tfakkar ix-xogħlijiet ta’ Richard Strauss, kompożitur ewlieni tal-era romantika tardiva u tal-bidu tal-era moderna.

Il-kunċert li se jsir f’għeluq is-sebgħin sena mill-mewt tiegħu, huwa opportunità unika sabiex tisma’ l-ġmiel tas-siltiet orkestrali tiegħu irranġati għal żewġ pjanijiet. Ta’ ġenju li kien, Richard Strauss beda jikkomponi fl-età żgħira ta’ biss sitt snin fl-1870 u kompla jikkomponi sakemm miet, kważi tmenin sena wara.

Ix-xogħlijiet tiegħu se jindaqqu mir-rebbieħa tal-Premju Għall-Arti, il-Premju għall-Kisbiet Internazzjonali (2018) Charlene Farrugia u l-pjanist internazzjonali Grieg, Vassilis Varvaresos.

Charlene Farrugia hija deskritta, ‘bħala waħda mill-artisti prominenti tal-ġenerazzjoni żagħżugħa’ u għamlet id-debutt tagħha mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta meta kellha biss tlettax-il sena, u hekk hija l-iżgħar solista li qatt akkumpanjat lill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.

Vassilis Varvaresos, min-naħa l-oħra kien l-ewwel rebbieħ tal-premju ta’ YCA International Audition meta kellu erbatax-il sena bir-recitals tiegħu fejn iddebutta fi New York u Washington, bl-intestazzjoni tal-Washington Post tirreferi għal Vassilis bħala ‘Mgħallem Żagħżugħ Emerġenti’. Vassilis, huwa mużiċist versatili u kkompona mużika għal għaxar films u anke għal xi sensiliet televiżivi.

Ir-recital tas-26 ta’ Ottubru se jesplora ix-xogħlijiet sinfoniċi ta’ Richard Strauss li huma msejħa wkoll bħala poemi tonali; dawn huma siltiet mużikali li jiddeskrivu l-kontenut ta’ poeżija, novella, rumanz, pittura, xena jew xogħlijiet miktuba oħra ta’ natura mhux mużikali. Vassilis u Farrugia se jaqbdu l-ewwel poema sinfonika ta’ Strauss ibbażata fuq Macbeth ta’ Shakespeare. Is-silta kienet inkitbet biex tkun tixbah lil sonata li għaddiet minn diversi reviżjonijiet sakemm fl-aħħar ingħatat il-verżjoni finali, li tirrifletti it-tbatija li sab quddiemu dak iż-żmien, li kienet il-bilanċ tal-kontenut tal-istorja mal-forma mużikali.

Silta oħra inkluża hija l-ikonika Also Sprach Zarathustra, waħda mill-aktar siltiet li tingħaraf fl-istorja tal-mużika. Ispirata mill-filosofu Friedrich Nietzsche, li kien għadu ħaj dak iż-żmien li nkitbet, il-kompożizzjoni infami ħadet il-ħajja fuq il-bażi tar-rumanz ta’ Nietzsche Thus Spoke Zarathustra: A Book for All and None (Hekk Tkellem Zarathustra: Ktieb Għal Kulħadd u Għal Ħadd).

L-avventuri u ċ-ċajt goff ta’ raħħal Ġermaniż jidħlu fl-interpretazzjoni ta’ Till Eulenspiegel li se jagħtu Farrugia u Vassilis. Il-mużika tiddeskrivi l-protagonist Till huwa u riekeb minn ġos-suq fuq żiemel jaqleb il-bigħa filwaqt li jittanta lit-tfajliet, iwaqqa’ għaż-żuffjett għalliema serji u jidħaq bis-serjetà tal-kleru.

Il-Valz minn Der Rosenkavalier, minn waħda mis-siltiet politiċi (mhux tas-soltu) ta’ Strauss se jkun inkluż ukoll f’dik is-serata. Der Rosenkavalier, li tfisser il-Kavallier tal-Warda jew kif inhu magħruf ukoll Dak Li Jġorr il-Warda, hija opra tad-daħq fi tliet atti fuq l-istorja ta’ Marschallin l-Aristokratika, il-Konti Ottavjanu Rofrano – il-maħbub żagħżugħ tagħha, il-kuġin aħrax tagħha il-Baruni Ochs u l-għarusa prospettiva ta’ Ochs, Sophie von Faninal li hija bint negozjant sinjur.

Is-sengħa tax-xogħol ta’ Richard Strauss magħquda mal-perfezzjoniżmu u l-qalb li Farrugia u Vassilis iġibu magħhom bħala artisti, iwiegħdu li jagħmlu Richard Strauss for Two Pianos lejla ta’ mużika brillanti li ma tistax tinsiha. Il-kunċert se jsir fis-26 ta’ Ottubru fit-Teatru Manoel fuq il-palk ewlieni u se jibda fit-8pm. Il-biljetti jistgħu jinkisbu mis-sit tat-Teatru Manoel, billi ċċemplu fuq 21246389 jew billi tibgħatu imejl fuq bookings@teatrumanoel.com.mt.