Richard se jikxef lil Franġisku f’Division 7?

Eliott Micallef bħala Franġisku

Division 7 ikompli llejla fuq l-istazzjon One fid-9pm.

X’se jiġri fil-puntata tal-lejla?

Issa li Richard ikkonferma li Franġisku huwa s-serial killer, x’se jagħmel? Se jasal jikxfu? Jew se jikkonfrontah? Sitwazzjoni li żgur qatt ma mmaġina li se jiltaqa’ magħha f’ħajtu! Is-sitwazzjoni bejn l-aħwa Renè u Matthew, u omm Rene Doris u Ray tkompli teskala u r-relazzjoni ta’ bejniethom kompliet titkisser. Se jsibu xi mod kif jerġgħu jirranġaw l-affarijiet ta’ bejniethom?