Richard Robbins: Business Coach ta’ fama internazzjonali f’Malta

Il-Business Training Coach rinomat Richard Robbins se jaqsam is-sigrieti tas-suċċess f’avveniment miftuħ għall-pubbliku li jġib l-isem 60 minutes with RE/MAX dwar il-ħidma fl-industrija ta’ proprjetà.
Dan l-avveniment hu miftuħ għal kull min hu mħajjar jaħdem ma’ RE/MAX jew fl-industrija tal-proprjetà. 60 mins with RE/MAX Malta se jinkludi preżentazzjonijiet minn broker u aġent, qabel ma Richard Robbins innifsu jitkellem dwar l-esperjenzi tiegħu fis-suq tal-proprjetà. Se jkun ukoll opportunità biex wieħed jitħallat waqt bibità wara d-diskorsi.
L-avveniment se jsir fil-Catra Meeting Room fil-lukanda Hilton, nhar it-Tlieta 29 ta’ Mejju mis-7.30pm sal-10pm. Dħul huwa b’xejn.