Riċetta għat-tfal: Sandwiches bil-banana u ċ-ċikkulata

banana-hobż

Ingredjenti

45g peanut butter

2 mgħaref għasel

ponta ta’ kuċċarina kannella

2 mgħaref frak taċ-ċikkulata

4 slajsis brown bread

1 banana mqattgħa rqiqa

Metodu

Ħallat il-peanut butter, l-għasl u l-kannella. Fl-aħħar żid il-biċċiet taċ-ċikkulata.

Ferrex fuq żewġ biċċiet ħobż. Fil-wiċċ poġġi s-slajsis tal-banana. Poġġi ż-żewġ biċċiet ħobż fil-wiċċ.