Ingredjenti
4 abjad tal-bajd
1 kuċċarina garlic powder
2 kuċċarini tursin
melħ u bżar
50ġ taħlita ta’ ġobon tal-għażla tiegħek, maħkuk
Metodu
Saħħan il-forn għal 200˚Ċ/400˚F.
B’bieqja ħallat tajjeb flimkien l-abjad tal-bajd, il-garlic powder, it-tursin u l-melħ u l-bżar.
Ferragħ t-taħlita f’muffin tin. Aktar ma titfa’ t-taħlita f’kull post tal-muffin, aktar iċ-chip tkun ħoxna.
Ferrex il-ġobon fil-wiċċ.
Aħmi għal bejn 12-15-il minuta sakemm idub il-ġobon u l-ġnub jieħdu kulur kannella.
Ħallihom jiksħu qabel toħroġhom mill-muffin tin.