Ingredjenti
6 patatiet imqaxxra u mqattgħa biċċiet
2 zunnarijiet imqaxxra u mqattgħa biċċiet
3 snien tat-tewm imqattgħa biċċiet żgħar
1 mgħarfa butir
Metodu
Poġġi l-patata u z-zunnarija flimkien f’borma, imla bl-ilma u għalli għal 5 minuti.
Żid it-tewm u sajjar fuq nar moderat sakemm il-patata u z-zunnarija jirtabu, madwar 24-30 minuta.
Neħħi l-ħaxix mill-ilma u żomm tazza mill-ilma tat-togħlija.
F’taġen għaffeġ il-patata u z-zunnarija.
F’borma saħħan flimkien l-ilma tat-togħlija u l-butir sakemm idub il-butir. Ħawwad din it-taħlita fejn ikollok il-patata u z-zunnarija.
Servi sħun.