Ingredjenti
4 slajsis ħobż maqtugħa ftit ħoxnin
4 slajsis perżut
60g ġobon Cheddar maħkuk
2 mgħaref butir
2 bajdiet
Metodu
Poġġi 2 biċċiet ħobż fuq platt. Fuqhom poġġi biċċa perżut u nofs il-ġobon. Fuqhom poġġi 2 biċċiet l-oħra tal-ħobż.
Saħħan il-butir fuq nar moderat.
Aqli l-ħobż 3-4 minuti fuq kull naħa sakemm isiru kulur dehbi u l-ġobon idub. Poġġi l-ħobż fuq platt.
Aqli l-bajd u poġġi kull waħda fuq kull sandwich.
Nota:
Jekk ma tagħmilx il-bajda moqlija, ir-riċetta tissejjaħ Croque Monsieur