Riċerkaturi jsibu internet mitt darba iktar b’saħħtu

Riċerkaturi fl-Estonja għadhom kemm żviluppaw tip ġdid tat-teknoloġija tal-internet li hu mitt darba iktar qawwi mill-WiFi normali.
Din it-teknoloġija jisimha LiFi u ġiet ittestjata fil-laboratorji ta’ Velmenni li hija kumpanija tal-komputers fl-Estonja.
LiFi qed tiġi ttestjata wkoll f’uffiċini differenti fl-Estonja u kienet kapaċi tibgħat data b’veloċità ta’ iktar minn 1GBps.
B’qawwa bħal din, albums, logħob u films HD kapaċi jitniżżlu mill-internet fi ftit sekondi.
Il-qawwa ta’ dit-tip ta’ teknoloġija hija attribwita għall-kunċett ta’ Visible Light Communication (VLC), li tuża d-dawl minn bozoz żgħar tal-LED biex tibgħat id-data minn post għall-ieħor.