Riċerka tixħet dubji serji fuq il-USB

Il-USB illum il-ġurnata sar biċċa apparat użata spiss u minn kważi kull min xi darba jew oħra jmiss ma’ kompjuter. Iżda riċerka magħmula f’Berlin minn Karsten Nohl u Jakob Lell tiżvela bosta perikli dwar l-użu tal-USB sabiex apparat elettroniku jiġi koness ma’ kompjuter.
Ir-riċerka turi kif l-użu jagħmilha faċli li l-kompjuter jiġi nfettat mingħajr ma sidu jinduna. L-istess riċerka tisħaq li s’issa għad m’hemm ebda mod prattiku kif wieħed jiddefendi l-kompjuter tiegħu kontra dan il-periklu.
Madankollu r-riċerkaturi jagħmluha ċara li ħadd m’għandu jieħu dan kollu bħala xi katastrofi tal-aħħar tad-dinja. “Dan huwa sempliċi każ li rridu nibdlu l-mod kif nħarsu lejn l-użu tal-USB” jisħaq Nohl.