Riċerka fl-inħawi l-iżjed fondi u l-għerien fil-baħar madwar Malta

L-organizzazzjoni internazzjonali Oceana nediet spedizzjoni ta’ xahrejn biex jiġu mistħarrġa l-inħawi l-iżjed fondi u l-għerien fil-baħar madwar Malta.
Din il-kampanja parti mill-LIFE Baħar tal-proġett N2K se tkun qed tiġbor dokumentazzjoni fuq l-abitat u l-ispeċi marittimi sabiex siti ta’ importanza jiġu protetti fin-network Natura 2000.
Ir-riċerka se ssir abbord il-katamaran Oceana Ranger f’fond ta’ aktar minn elf metru.
Ix-xjenzati se jagħti l-aktar importanza lis-sikkek u għerien marittimi fost l-oħrajn għaliex iridu jiġu protetti skont id-direttivi Ewropej.
Il-proġett huwa kofinanzjat mill-EU Life+ u mmexxi mill-MEPA f’kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Ambjent, id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura, l-Università ta’ Malta u l-fondazzjoni Oceana.

Ritratt: OCEANA / Keith Ellenbogen