Ricciardo jgħid li ma xtaqx itellaq ftit jiem wara l-mewt ta’ Hubert

Daniel Ricciardo qal li kellu d-dubji tiegħu għandux itellaq fil-Grand Prix Belġjan wara li ftit tal-jiem qabel fl-istess trakka miet is-sewwieq tal-Formula 2 Anthoine Hubert.

Hubert miet wara li kien involut f’ħabta fatali waqt it-tellieqa ta’ nhar is-Sibt. L-inċident seħħ ftit tal-ħin wara li kienet spiċċat it-tellieqa ta’ kwalifika tal-Formula 1.

L-Awstraljan ta’ 30 sena qal li hi kemm hi antipatka s-sitwazzjoni, l-aħjar li setgħu jagħmlu biex juru rispett lejn il-vittma kien li jtellqu. Iżda żied jgħid li min-naħa tiegħu żgur li ma xtaqx ikun hemm, itellaq.