Ricchi e Poveri jerġgħu jingħaqdu fil-format oriġinali

Il-grupp popolari Taljan Ricchi e Poveri se jkun qed jerġa’ jingħaqad u se jkun qed jagħti wirja waqt is-70 edizzjoni tal-festival ta’ Sanremo li se jittella’ fit-teatru Ariston bejn l-4 u s-7 ta’ Frar b’xandira diretta fuq l-istazzjon Rai Uno.

Għad-dehra tagħhom fil-festival fejn se jkunu mistiedna, Ricchi e Poveri se jidhru fil-format oriġinali tagħhom u dan ifisser li wara kważi 40 sena se jerġgħu jkunu Angela Brambati, Angelo Sotgiu, Franco Gatti e Marina Occhiena.

Il-grupp kellu tibdil fl-1981 wara li Occhiena kienet telqet mill-grupp u Ricchi e Poveri beda jdoqq bħala trio. Dak iż-żmien ix-xnigħat kienu li kien hemm diżgwid bejn iż-żewġ kantanti nisa fil-grupp.

Bħala trio baqgħu idoqqu flimkien sal-2016 meta Franco Gatti ddeċieda li jitlaq minn magħhom biex ikun mal-familja wara l-mewt ta’ ibnu Alessio fl-età ta’ 23 sena.

B’hekk f’dawn l-aħħar tlett snin Ricchi e Poveri spiċċċaw bħala duo imma issa stennew li terġgħu taraw l-erba’ li huma f’Sanremo. S’issa qed jingaħd li huma se jkunu qed jidhru f’Sanremo fit-tieni serata tal-Erbgħa 5 ta’ Frar.