Ribelli Ukreni jiċħdu li ħarbu mill-bażi militari

Ribelli Ukreni favur li l-Ukraina ssir parti mir-Russja qed jiċħdu li ħarbu mill-bażi militari tagħhom.
L-akkużi ġew żvelati wara li l-Ministru tal-Intern Ukren allega li numru kbir ta’ ribella ħarbu.
Il-forżi Ukreni ħadu passi kontra r-ribelli li marru kontra l-waqfien tal-isparar ta’ għaxart ijiem.
Il-President Ukren Petro Poroshenko qal li hu lest jirritorna għal stadju ta’ waqfien tal-isparar, imma m’hemmx konferma ta’ diskussjonijiet ġodda.