Rewwixti u qtil fin-Nikaragwa; Il-President jiddeċiedi kontra l-bidliet tiegħu

Il-President tan-Nikaragwa, Daniel Ortega ddeċieda li ma jkomplix bit-tibdiliet fil-pensjonijiet u l-liġijiet tas-sigurtà soċjali wara numru ta’ rewwixti li qatlu għadd ta’ nies fil-pajjiż.
Ir-rewwixti li ilhom għaddejja minn nhar l-Erbgħa waslu wkoll għall-qtil ta’ ġurnalist, Ángel Gahona, li kien qed jirrapporta f’filmat live fuq Facebook, dwar xi ħsarat f’bank.
Fuq it-televiżjoni Nazzjonali, Ortega talab lis-settur privat biex jiddiskuti. Madanakollu, il-mexxejja tan-negozji qalu li lesti jiddiskutu biss meta l-Gvern iwaqqaf ir-ripressjoni kontra l-protesti.
Minn tal-inqas 25 persuna nqatlu minn meta pensjonanti u student ddeċidew li jirribellaw, filwaqt li aktar minn 100 persuna ndarbu.
Il-persuni li nqatlu l-Ġimgħa f’Minagua jinkludu żewġ dimostranti u pulizija, wara li d-demostrazzjonijiet saru aktar vjolenti.
It-tibdil kien se jżid il-kontribuzzjonijiet tal-ħaddiema u min iħaddem għall-penzjonijiet, u tnaqqsu l-benefiċċji b’5%.