Aġġornata: “Rewwixta” fiċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa; ħadd ma jweġġa’

Christoph Schwaiger

Ħadd ma weġġa’ fiċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa f’inċident li l-Pulizija qed tiddeskrivi bħala “rewwixta”.

Kelliem għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li għad m’hemm informazzjoni dwar jekk kienx hemm arresti jew le.

Meta Newsbook.com.mt mar fuq il-post għas-1.15pm is-sitwazzjoni kienet waħda kalma.