Revokati żewġ deċiżjonijiet tal-PA

It-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT) irrevokat żewġ deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ippjannar (PA). Dan hekk kif il-PA approvat żvilupp ta’ villa fi Sqaq Anton Mallia fiż-Żebbuġ, Għawdex. Kienet ukoll qed tippjana li tiżviluppa bini mitluq f’Wied Għomor.

PA 08279/18 kienet talba biex tinbena villa ta’ klassi 1A fit-tarf ta’ rdum. Din ġiet approvata fis-26 ta’ Ġunju. Però, dan it-tarf tal-irdum huwa bħalissa f’kundizzjoni perfetta. Għalhekk l-iżvilupp kien iħassar dan it-tarf b’mod komplet, u jifformalizza s-sit li hu f’post sensittiv. Ir-rikors intlaqa’ peress li l-impatt li kien se jsir fuq l-ambjent kien se jkun estensiv.

PA 06443/17 ġie approvat fit-12 ta’ Lulju. Dan kien pjan fejn kienet se titranġa farmhouse biex issir estensjoni. Dan biex ikollha pool, żona fuq barra u pajsaġġar. Dan apparti minn pajsaġġ li jgħaqqad it-triq mal-farmhouse. Peress li l-post jinsab f’Wied Għomor, it-Tribunal ħass li dan l-iżvilupp mhux se jirrispetta il-wied li jinsab fih. L-applikazzjoni kienet ukoll se toħloq preċedent għal iżjed żvilupp.