Reviżjoni tar-Reġistru Elettorali għall-elezzjoni ġenerali

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar lil dawk li reġistraw bħala votanti fit-30 ta’ Settembru li għadda biex jivverifikaw id-dettalji tagħhom li jidhru fir-reġistru elettorali ippubblikat fis-27 ta’ Ottubru.
Min kiseb iċ-ċittadinanza Maltija jew għandu ċertifikat ta’ ċittadinanza doppja għandu d-dritt ikun reġistrat bħala votant jekk sat-30 ta’ Settembru kellu l-kwalifiki meħtieġa skont il-Kostituzzjoni ta’ Malta u skont l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali.
Min ma ġiex inkluż f’dan ir-reġistru jista’ jippreżenta appell lill-Uffiċjal Reviżur sa nhar it-Tlieta li ġej, sabiex jitlob li ismu jiddaħħal f’dan ir-reġistru.
Kull min jixtieq jippreżenta appell jista’ jikseb għajnuna mill-Uffiċċju Elettorali, il-Belt Valletta jew mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, ir-Rabat, Għawdex.