Reuben Fenech, mill-NSO għall-MFSA

Il-Bord tal-Gvernaturi tal-MFSA ħatru lil Reuben Fenech bħala Chief Operations Officer b’effett mill-1 ta’ Frar li ġej.
Fi stqarrija, l-MFSA qalet li Fenech okkupa diversi pożizzjonijiet għolja f'Malta u fir-Renju Unit f'firxa wiesgħa ta' oqsma fil-qasam finanzjarju, fosthom, fl-immaniġġjar tal-assi, l-assigurazzjoni, il-ġid u l-irtirar.
Huwa waqqaf id-Dipartiment tar-Riċerka u l-Istatistika tal-Borża ta' Malta u ħadem hemmhekk għal ħames snin u wara kompla jaħdem mal-HSBC Life Assurance Malta fl-2005, fejn żviluppa l-profil tal-investiment.
Fl-2009 ġie maħtur Direttur Maniġerjali ta' HSBC Asset Management Malta li jissorvelja $1.3 biljun. Eventwalment fl-aħħar tal-2012, huwa mar l-HSBC f'Londra fejn kien involut fl-aspetti ewlenin kollha tal-investimenti u l-proposti tal-irtirar għas-suq tar-Renju Unit.
Lura Malta, huwa ġie appuntat bħala d-Direttur Ġenerali tal-NSO fl-2015.