Rettur ġdid għall-Università ta’ Malta jintgħażel f’Marzu

Xahrejn oħra, l-Università ta’ Malta se jkollha rettur ġdid, li se jkun qed jieħu post il-Prof. Juanito Camilleri.
Il-Prof. Tanya Sammut-Bonnici u l-Prof. Godfrey Baldacchino qed jissemmew għal din il-kariga, li mistennija tibda uffiċjalment f’Lulju.

Il-Kunsill tal-Università se jaħtar ir-rettur il-ġdid permezz ta' elezzjoni li aktarx issir fit-tieni ġimgħa ta' Marzu.
F’żewġ laqgħat ta’ konsultazzjoni, il-Prim Ministru flimkien mal-Ministru tal-Edukazzjoni, iddiskutew mal-impjegati tal-Università dwar il-kwalitajiet li jeħtieġ il-kap ta’ din l-istituzzjoni fit-tmexxija tiegħu.