Restrizzjonijiet kruċjali biex jiftħu l-iskejjel u tirkupra l-ekonomija – Merkel

John Thys/Pool via REUTERS

Read in English.

Angela Merkel ħeġġet lill-Ġermaniżi biex isegwu r-regoli li għandhom l-għan li jikkontrollaw l-imxija tal-coronavirus. Merkel qalet li dawn ir-regoli, bħall-ilbies tal-maskri huma kruċjali biex jiżguraw li l-iskejjel jibqgħu miftuħin u li l-ekonomija tal-pajjiż tkompli tirkupra wara l-perjodu tal-lockdown.

Iż-żieda fil-każijiet tal-aħħar ġimagħtejn esperjenzata fil-Ġermanja, bħal f’pajjiżi Ewropej oħra, ħolqot allarm fost xi tobba u politiċi, u Merkel għamlitha ċara li l-attenzjoni kellha tibqa’ massima.

Skont rapporti, il-Ministru tas-Saħħa Ġermaniż sostna mal-membri parlamentari li l-istaġun imsejjaħ tal-karnival li fil-Ġermanja jibda mill-11 ta’ Novembru sa nofs Frar, għandu jkun ikkanċellat minħabba l-pandemija.

Skont l-Istitut Robert Koch, in-numru ta’ każijiet fil-pajjiż żdiedu b’1,510 lbieraħ, għal total ta’ 226,914.